BELVEDERE ZAFFERANA ETNEA

✔️Proġett infrastrutturali ieħor f'din il-leġislatura
✔️Investiment ta' aktar minn €80,000 minn Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar u Kunsill Lokali
✔️Insaħħu il-ġemellaġġ ma' Zafferana Etnea bl-isem mogħti lil dan il-post

☑️ Proġett li jikkumplimenta t-triq li saret mill-ġdid ta' Triq ir-Ramla fl-aħħar snin.
☑️ Xogħol li kien jinvolvi tkabbir taż-żona rikreattiva, pavimentar ġdid bil-porfido, illuminazzjoni għall-ewwel darba, railings bl l-emblema tan-Nadur, picnic benches u bankijiet mas-siġar, pjanti ġodda, u aktar.

Kburin li sebbaħna żona oħra, u minn post żdingat spiċċa attrazzjoni ‼️

Il-ħidma tagħna ma tieqaf qatt!

Grazzi lil Development Planning Fund (PA) għall-fondi, Kunsill Lokali, Eco Gozo, kuntratturi Mark Attard u B2All, Perit Scerri, Kunsilliera u ħaddiema tal-Kunsill u CWS, u dawk kollha nvoluti.

 

FacebookTwitterDiggDeliciousStumbleuponGoogle BookmarksRedditLinkedinMixxRSS Feed