Councillors

EDWARD SAID - Mayor

edward profile

Edward Said, born on the 29th of October 1987 (Victoria – Gozo), works as an analyst with the Malta Financial Services Authority (MFSA).



He studied in Gozo up to post-secondary level after which he went on to obtain a Bachelor’s degree in Commerce from the University of Malta (B.Com Honours -First Class). He started his career with Banif Bank (Malta) plc as a Relationship Officer, and then as a Lecturer in Financial Services for three years at the Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST). Throughout this time, he also continued studying and obtained a Postgraduate Certificate in Vocational Education and Training (PGC-VET) as well as successfully completing a Masters degree in Finance from the University of London.



Edward has held several organisational posts including, President of the National Youth Council, Secretary and President of the Nadur Sectional Committee of the Nationalist Party, Secretary of the Nadur Youngsters F.C. as well as being a member of different organisations including the youth section of the Nationalist Party (MZPN). He takes an active part in the social life and activities held in Nadur and also volunteers as a certified coach within the Nadur Youngsters nursery, bringing together his love for football and voluntary work.

Edward has been elected as Mayor of the locality of Nadur on his first candidature back in 2015, and again in 2019. He is married to Claire Said, and they have a daughter named Kate.




EUCHARIST CAMILLERI - Vice Mayor

eucharist profile

Twieled in-Nadur fl-1 ta’ Ġunju 1961. Studja fl-Iskola Primarja Nadur u Skola Sekondarja Xewkija/ir-Rabat Għawdex. Ta' 16-il sena emigra lejn l-Istati Uniti. Kompla l-istudji f' Charles Evans High School ġewwa New York.

Hadem fi New York bħala messaġġier u shipping clerk ma' financial printer. Wara tmien snin irritorna lura f’art twelidu. Preżentament qed jaħdem bħala enforcement officer ma' Transport Malta, u ilu mpjegat mill-1988.

Fl-1996 kkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali u ġie elett. Kien maħtur Sindku għal dik il-leġislatura. Serva ukoll fil-Kunsill bejn 1999-2002. Ilu Viċi-Sindku tal-Kunsill Lokali tan-Nadur għal dawn l-aħħar żewġ leġislaturi, u mill-ġdid ser iservi f’din il-kariga fid-disa’ Kunsill Lokali.

Għal 25 sena sħaħ serva fil-Klabb ta’ Nadur Youngsters F.C. u kien anke involut ħafna f’kumitati kemm Governattivi kif ukoll dawk li għandhom x’jaqsmu mar-raħal u mal-Festa tal-Imnarja. Huwa dejjem poġġa l-interess tal-lokalita u tar-residenti fuq quddiem, u ħadem dejjem ma’ Sindki differenti u kunsilliera eletti.

 

 



JOSEPH VELLA - Councillor & Minority Leader

Joseph Vella

Joseph Vella, magħruf minn ħafna bħala ‘l-Barbaġann’, twieled ir-Rabat, Għawdex, fl-20 ta’ Lulju 1988. Huwa beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Mons. Salvu Vella ġewwa n-Nadur, u wara rċieva l-edukazzjoni sekondarja tiegħu ġewwa s-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesu fir-Rabat, Għawdex. Joseph kompla l-istudji post-sekondarji tiegħu fis-Sixth Form Sir Mikelanġ Refalo. Fl-2015, Joseph iggradwa mill-Universita’ ta’ Malta b’Diploma fl-Istudji Inklussivi. Joseph illum jaħdem bħala ‘Assistant Educator’ ġewwa l-iskola tal-primarja tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex.

Bħala persuna attiva ħafna fil-lokalita’ tan-Nadur, Joseph kien u għadu involut f’diversi għaqdiet u kumitati, speċjalment dawk konnessi mal-festa tar-raħal. Sa minn eta’ żgħira hu kellu ħeġġa kbira għall-volontarjat u bħala xhieda ta’ dan, Joseph ilu xejn inqas minn 15-il sena involute f’għaqdiet bhal ma huma l-Kummissjoni Żgħażagħ Imnarja (serva bħala PRO), kien membru tal-Għaqda tan-Nar San Pietru u San Pawl u anke tal-White Force Nadur Ultras (fi ħdan Nadur Youngsters F.C.). Preżentament u għal dawn l-aħħar snin, Joseph qed jokkupa l-kariga ta’ President fl-Għaqda tal-Armar Triq San Ġwann.

Joseph huwa miżżewweġ lil Angie Marie Vella u għandhom tifel jismu Pietro.

 

 

 

 


 

JEAN PAUL PORTELLI  - Councillor

jean paul portelli

Jean Paul Portelli, magħruf bħala ta’ Ġiljan jew tal-Ajkla, twieled il-Canada, fil-21 ta’ Jannar tas-sena 1988. Huwa ħa l-edukazzjoni Primarja tiegħu fl-iskola Mons. Salvu Vella ġewwa n-Nadur, u mbagħad kompla l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola tal-Junior Lyceum fir-Rabat Għawdex. Illum Jean Paul Portelli huwa gradwat mill-MCAST b’degree fl-Animal Management u jaħdem bħala lecturer fl-MCAST fl-Agribusiness u Animal Management u teacher fi skola sekondarja.

Jean Paul għandu ħafna għal qalbu ‘traditional bird trapping’, ‘bird breading’, l-arti, il-presepju, u anki arti antika u snajja tradizzjonali, pero b’mod speċjali l-kaċċa, l-annimali u l-ambjent. Jean Paul huwa wkoll parti mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Nadur u MCBA Bird Club.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


JOSEF CAMILLERI - Councillor 

josef profile

Josef Camilleri twieled ir-Rabat Għawdex fl-4 ta’ Jannar tas-sena 1985. Huwa ħa l-edukazzjoni Primarja tiegħu fl-iskola Mons. Salvu Vella ġewwa n-Nadur, u mbagħad kompla l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola tal-Junior Lyceum fir-Rabat Għawdex. Illum Josef huwa self-employed u jaħdem fil-qasam tal-installazzjonijiet tad-dawl u l-ilma fid-djar.

Matul is-snin, Josef kien dejjem disponibbli għal diversi għaqdiet, parroċċa, organizzazzjonijiet u anke għal Kunsill Lokali nnifsu sabiex jagħti daqqa t’id u joffri l-ħin tiegħu. Apparti li kien membru fis-Soċjeta Filarmonika Mnarja u fil-Kumitati relatati mal-Festa tal-Imnarja u anke tal-Partit Nazzjonalista fin-Nadur, Josef huwa wieħed mill-volontiera li dejjem għen kważi f’kull attivita li tittella’ mill-Kunsill Lokali, bħal Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat, Karnival, Attivitajiet tal-Milied u oħrajn.

Josef għandu ħafna għal qalbu dak li jagħmel ġieħ lin-Nadur, l-attivitajiet, l-Festa tal-Imnarja, u l-volontarjat.