Jum il-Kunsill 2014

ĊELEBRAZZJONIJIET

JUM IL-KUNSILL 2014

Is-Sibt, 8 ta’ Novembru 2014

7.30 p.m:   Lejliet il-festa tal-Kon-Patrun San Koronatu. Fit-Teatru MBC jitellà Kunċert Mużikali mill-Banda Mnarja taħt id-direzzjoni  tas-Surmast Direttur Joseph Grech. Waqt il-Programm jingħata l-Premju ‘Ġieħ in-Nadur’ għas-sena 2014 mill-Kunsill Lokali, lil dik il-persuna li tkun iddistingwiet ruħha fil-ħajja soċjali tal-lokalità. Din-s-sena, dan il-premju ser imur għand is-Sur Anthony Portelli. Wara jsir riċeviment għal dawk kollha preżenti.

Il-Ħadd 9 ta’ Novembru 2014

9.00 a.m:    Il-membri tal-Kunsill  jattendu  għall-quddiesa  Pontifikali ta’ Jum il-Festa ta’ San Koronatu.

Bejn it-8.30 a.m. u s- 1.00 p.m.  isir  ‘Blood Donation’ f’Dar San Pietru u San Pawl  fi Triq Diċembru 13.

It-Tnejn 10 ta’ Novembru 2014

7.30 p.m:   Isir il-ftuħ ta’ Wirja fis-‘Sala Joe Tabone’  ta’ xogħlijiet li saru mill-istudenti li attendew diversi korsijiet ta’ arti matul is-sajf organizzati mill-Kunsill.

It-Tlieta 11 ta’ Novembru 2014

7.00 p.m:   Fil-kappella tas-Sorjiet Frangiskani  jitellà Kunċert ta’ Mużika Sagra.

l-Erbgha 12 ta’ Novembru 2014

3.30 p.m:   Issir ħarga għall-Anzjani b’quddiesa u wara ħin ta’ mistrieħ u ikla.

Il-Ħamis 13 ta’ Novembru 2014

5.30 p.m:   Isir ‘Night Hike’ . Tluq minn ħdejn il-Kunsill. Wara nieklu flimkien f’ Ta’ Kenuna Restaurant.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2014

7.30 p.m:   Minn hu n-Naduri li għamel isem’. Serata fil-Gebuba Wine Bar fi Pjazza San Pietru u San Pawl.  Is-sena,  din is-serata ser ser tlaqqana ma’ Eddie Vella. Imexxi s-Sur Charles Xuereb.

Is-Sibt 15 ta’ Novembru 2014

2.00 p.m:   ‘Clean up Nadur’. Attività bis-sehem tal-Kunsill taż-Żgħażagħ fejn isir tindif tat-toroq mhux urbani fin-Nadur .

3.00 p.m:   Attività ta’ tħawwil ta’ 50 siġra fl-inħawi ta’ Xurdin, fl-okażżjoni tal-50 Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Pajjizna .

Il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2014

9.30 a.m:    Fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl issir il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-sehem tal-membri tal-Kunsill, membri tas-sotto Kumitati, Staff u Poplu Naduri. Iqaddes Mons. Arcipriet Jimmy Xerri. Din il-quddiesa tkun b’ sufraġju tal-ex-Sindku Joe Tabone u l-ex-Kunsillier Frans Sammut.

9.00a.m:     Fil-Futbol Ground ‘Peter Camilleri‘  jsir it-tournament ‘Joe Tabone Memorial Tournament’.

Bejn id-9.00 a.m u s- 1.00 p.m. fi Pjazza San Pietru u San Pawl isir wirja ta’ Vetturi Klassici u Militari Antiki.

Bejn id-9.00 a.m u t-3.00pm ikun hemm  Open Day tat-Torri  Sopu .

3.00 p.m:   Tittellà Sports Day għat-tfal tal-Iskejjel Primarji u Sekondarji fil-ground tal-MUSEUM tas-Subien.

FacebookTwitterDiggDeliciousStumbleuponGoogle BookmarksRedditLinkedinMixxRSS Feed