Youth Council

\n This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.



-->

The Nadur Local Council is receiving applications from youths between the ages of 14 and 18 to form part of the Youth Council.

KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Linji Gwida

2013/14
 
 


 

 

KONTENUT 
 

1.

Introduzzjoni

3

     

2.

Prinċipji

3

     

3.

Il-Proġett fil-Qosor: mit-Tnedija sat-Tmiem

4

     

4.

Iffinanzjar tal-Proġett       

5

     

5.

Obbligi tal-Parteċipanti Msieħba

6

     

6.

Regolamenti ta’ Proċedura

7

     

7.

Kuntatti

11

     
     
     
     
     


$11.     INTRODUZZJONI

Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ huwa proġett li qiegħed jiġi amministrat minn Aġenzija Żgħażagh bħala parti mill-Empowerment Programme li din l-istess agenzija għandha bħala waħda mill-inizjattivi.  Dan qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) flimkien mal-Kunsilli Lokali rispettivi.

$12.     PRINĊIPJI

Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandu l-għan li jippromwovi numru ta’ prinċipji fosthom:

$1·       Demokrazija: Iż-żgħażagħ jingħataw għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tal-proċess demokratiku.

$1·       Ċittadinanza Attiva: Iż-żgħażagħ jieħdu interess fil-ħajja tal-lokalità tagħhom, u fl-isfidi u l-opportunitajiet li għandha, u fl-istess ħin ikunu kapaċi jipproponu titjib.

$1·       Parteċipazzjoni: Iż-żgħażagħ jagħrfu li demokrazija b’saħħitha hija bbażata fuq parteċipazzjoni wiesgħa u attiva.

$1·       Djalogu: Iż-żgħażagħ jesperjenzaw fil-prattika l-importanza ta’ djalogu strutturat fil-proċess demokratiku u kif huma bħala ċittadini għandhom id-dritt u d-dmir li jwasslu l-ħsibijiet tagħhom.

$1·       Tmexxija: Iż-żgħażagħ jagħrfu l-kwalitajiet tagħhom bħala mexxejja fost sħabhom filwaqt li jkollhom l-opportunità li jqiegħdu dawn il-kompetenzi għas-servizz tas-soċjetà.

$1·       Rikonoxximent: Iż-żgħażagħ bħala membri tal-komunità lokali iħossuhom sodisfatti li taw kontribut siewi frott l-ideat u l-ħidma li wettqu fil-lokalità tagħhom.

$1·       Ugwaljanza:  Iż-żgħażagħ jgħożżu l-fatt li f’soċjetà demokratika kulħadd għandu l-istess dritt li jsemma’ leħnu, mingħajr diskriminazzjoni.


$13.     IL-PROĠETT FIL-QOSOR: MIT-TNEDIJA SAT-TMIEM

$11.          L-ewwel fażi tal-preparazzjoni ta’ dan il-proġett tibda billi jintbagħat invit, applikazzjoni u kopja ta’ Linji Gwida lill-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex biex jiġu mħajra jipparteċipaw fil-proġett.

$12.          Aġenzija Żgħażagħ tirċievi għandha l-applikazzjonijiet mibgħuta mill-Kunsilli Lokali.

$13.          Aġenzija Żgħażagħ tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Kunsill Lokali permezz ta’ ittra, sa ħmistax (15)-il ġurnata mid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni.

$14.          Sadanittant l-Aġenzija Żgħażagħ tkun qed tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw f’dan il-proġett billi tippromovih waqt l-attivitajiet li tkun qed tagħmel, u billi youth worker ikun qed idur go l-iskejjel biex jirreklama il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.  ll-Kunsill Lokali ukoll għandu dmir li jħeggeg liż-żgħażagħ tal-Lokalita’ jipparteċipaw u jekk xi żgħażagħ javviċinaw lill-Kunsill Lokali dan għandu iħeġġiġhom jimlew l-applikazzjoni u jibagħtuha lil Aġenzija Żgħażagħ. 

$15.          L-applikazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom jintbagħtu lill-Agenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, SVR 1012 sa 12 ta’ Diċembru 2013.

$16.          Wara li ssir l-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet il-Kunsilli Lokali jkunu magħrrfa bil-lista tal-applikanti tal-lokalità tagħhom u bl-isem tal-youthworker li jkun se jassisti lill-Kunsilliera Żgħażagħ f’dan il-proġett.

$17.          Matul l-proġett  isiru seminars ta’ taħriġ non formali organizzati apposta għaż-żgħażagħ parteċipanti.

$18.          Minn Jannar il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ jibdew jiltaqgħu darba fi ħmistax flimkien mal-youthworker u jiddiskutu dak kollu li jħossu li hu relevanti għal-lokalità tagħhom.

$19.          Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ jimla l-formola ta’ l-inizjattiva li jixtieq iwettaq fil-lokalita tiegħu  u jissotometiha skont id-data stipulata f’Ottubru.

$110.      Il-Kumitat tal-Għażla jevalwa l-proposti u minnhom jagħżel sa għaxra biex jiġu ffinanzjati skont ir-regolamenti tal-proġett u  mplimentati fil-prattika.

$111.      Fi tmiem il-proġett tinżamm laqgħa ġenerali għall-Kunsilliera Żgħażagħ ta’ Malta u Għawdex, fejn jiġu mħabbra il-proġetti li jkunu se jiġu ffinanzjati filwaqt li jitqassmu ċertifikati ta’ parteċipazzjoni u mementos għal-kreattivita, parteċipazzjoni u valuri oħra skont il-ħtieġa.

$112.      Jiġi ffirmat kuntratt ta’ Għajnuna Finanzjarja mhux aktar minn ġimgħa wara li jiġu mħabbra l-proġetti li jkunu se jkunu ffinanzjati.  Rapreżentant legali minn kull Kunsill Lokali jkun responsabbli għall-iffirmar filwaqt li l-Kunsill Lokali Żgħażagħ jkun preżenti għal din il-laqgħa.

$14.     IFFINANZJAR TAL-PROĠETT

$1·       Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi bi spejjeż tagħha t-taħriġ non formali lill-Kunsilliera Żgħażagħ.

$1·       Aġenzija Żgħażagħ tipprovdi bi spejjeż tagħha l-ħlas tal-Youthworkers biex jassistu liż-żgħażagħ fejn jeħtieġ.

$1·       Għaxar proġetti magħżula jibbenefikaw minn massimu ta’ €3,000 kull wieħed li 80% minnhom ikunu ffinanzjati minn Aġenzija Żgħażagħ u l-20% l-oħra jkunu ffinanzjati mill-Kunsilli Lokali rispettivi. 

$1·       Il-Kunsilli Lokali għandhom jipprovdu l-faċilitajiet u r-riżorsi għal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ rispettivi tagħhom bi spejjeż għalihom.


$15.     OBBLIGI TAL-PARTEĊIPANTI MSIEĦBA

$15.1      Aġenzija Żgħażagħ:

$1·       Tikkoordina l-proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ

$1·       Tiffinanzja l-proġett tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ skont para 4

$1·       Taħtar kumitat ta’ Għażla biex jevalwa l-proposti għall-inizjattivi mill-Kunsilli Lokali u jikklassifikahom f’ordni ta’preferenza

$15.2      Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ:

$1·       Jikkollabora ma’ Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsilli Lokali biex jikkoordina l-proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ

$1·       Jgħin lill-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ permezz ta’ appoġġ li permezz tiegħu ikun imsaħħaħ ix-xogħol imwettaq mit-tim rispettiv

$1·       Iħeġġeġ liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’dan il-proġett

$15.3      Kunsilli Lokali:

$1·       Jippromovi l-proġett mal-lokalità sabiex iż-żgħażagħ tal-lokalità jkunu mgħarrfa b’din l-opportunità

$1·       Jipprovdi finanzjament skont para. 4

$1·       Għandu jkun żgur li kull tip ta’ materjal li joħroġ b’konnessjoni ma’ dan il-proġett ikun jinkludi l-logo ta’ Aġenzija Żgħażagħ u tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

$1·       Jalloka paġna lill-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ fir-rivista tal-Kunsill Lokali li toħroġ minn żmien għall-ieħor. Din il-paġna għandha tkun imtella’ mill-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ u għandha tinkludi rapport tal-Kunsilliera Żgħażagħ dwar il-ħidma tagħhom

$1·       Jalloka ħin tal-anqas darba fix-xahar biex is-Sindku żagħżugħ jew rappreżentant tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ ikun jista’ jirraporta l-ħidma tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ lill-Kunsill Lokali

$15.4      Rwol ta’ Youth Worker

$1§  Il-Youth worker għandu r-rwol li jassisisti sabiex jipromwovi l-proġett maż-żgħażagħ tal-lokalità 

$1§   Huwa għandu jimmotiva liż-żgħażagħ sabiex jattendu għas-seminars ta’ taħriġ u laqgħat oħra li jkunu organizzati minn Aġenzija Żgħażagħ 

$1§  Għandu jħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex jiltaqgħu b’mod regolari, jiġifieri tal-inqas darba kull ħmistax, u jassisti liż-żgħażagħ sabiex jaslu biex jagħmlu riċerka dwar il-bżonnijiet tal-lokalità kif ukoll jissottomettu proposta ta’ proġett li jkunu jixtiequ jimplimentaw. 

$1§  Jekk il-proġett ikun wieħed fost il-magħżula biex ikunu iffijnanzjati l-Youth Worker irid jassisti liż-żgħażagħ jimplimetaw il-proġett

$16.     REGOLAMENTI TA’ PROĊEDURA

Dawn ir-regolamenti ta’ proċedura għandhom l-għan li jiffaċilitaw id-diskussjoni fost il-Kunsilliera Żgħażagħ. Fejn jinqalgħu sitwazzjonijiet li ma jkunux koperti minn dawn ir-regolamenti, il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ għandu jirregola lilu innifsu billi jirreferi għal-liġi tal-Kunsilli Lokali.

$16.1      Eliġibiltà:

$1·       Dawk kollha bejn l-14-il sena u t-18-il sena huma eliġibbli biex jipparteċipaw fil-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ.

$16.2      Taħriġ tal-Kunsilliera Żgħażagħ:

$1·       Il-Kunsilliera Żgħażagħ huma obbligati li matul is-sena jattendu għal seminars ta’ taħriġ.  Dan it-taħriġ jingħata f’forma ta’ edukazzjoni non-formali u jiġu spjegati l-proċeduri tal-Kunsill Lokali u l-proċeduri tal-proġett.  Matul dawn is-seminars il-parteċipanti jingħataw tagħrif dwar il-Liġi tal-Kunsill Lokali, il-mod kif twassal pjan ta’ ħidma effettiv, kif tipreżenta diskors fil-pubbliku, kif tiżviluppa relazzjonijiet pubbliċi tajbin, kif iżomm minuti ta’ laqgħa, r-rwol tas-Sindku, Segretarju u Kunsillier fi ħdan il-Kunsill Lokali.  Il-Kunsilliera Żgħażagħ ikunu obbligati jattendu għal dawn is-seminars. 

6.3  Rwolijiet fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ:

$1·       Fl-ewwel laqgħa tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, il-Kunsilliera Żgħażagħ jaħtru Sindku, Segretarju Eżekuttiv, Kunsillier responsabbli tal-Finanzi u Kunsillier responsabbli mill-Midja u Relazzjonijiet Pubbliċi. Dawn il-karigi jimtlew permezz ta’ qbil jew b’elezzjoni bejn il-membri.

$1·       Is-Sindku tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ għandu: jippresedi fuq il-laqgħat tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ b’mod demokratiku.

$1·       Is-Segretarju tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ: għandu jżomm il-minuti tal-laqgħat u jibgħathom lill-Kunsilliera Żgħażagħ, lill-Kunsill Lokali u jipreżenthom flimkien mal-proposta sottomessa fl-aħħar tal-proġett.

$1·       Il-Kunsillier responsabbli mill-finanzi: għandu jipproponi baġits u jżomm rendikont tal-finanzi kif ukoll jieħu ħsieb jiġbor il-kwotazzjonijiet meħtieġa.

$1·       Kunsillier responsabbli mill-midja u relazzjonijiet pubbliċi: għandu jistabbilixxi kuntatt mal-midja lokali biex iwassal ħidmet il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ lill-poplu u jieħu ħsieb li l-Kunsill Lokali Żgħażagħ ikollu l-viżibilità mistħoqqa.

$1·       Fl-ewwel laqgħa tagħhom, jew skont kif meħtieġ, il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ jistgħu jaħtru numru ta’ karigi li jaħsbu li jistgħu jgħinuhom fil-ħidma tagħhom.

$16.4   Il-Laqgħat:

$1·       l-laqgħat tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandhom isiru darba kull ħmistax. Qabel kull laqgħa s-Segretarju tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ, wara konsultazzjoni mas-Sindku, għandu jibgħat l-aġenda li tkun ser tiġi diskussa. Din l-aġenda għandha tkun mibgħuta tal-anqas ħamest ijiem qabel id-data tal-laqgħa.

$1·       Il-laqgħat tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ jistgħu wkoll jissejħu fuq talba ta’ terz tal-Kunsilliera Żgħażagħ li jkunu fil-kariga.

$1·       Il-laqgħat tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandhom idumu massimu ta’ sagħtejn. Wara dan il-ħin il-laqgħa tista’ jew tkun estiża b’mozzjoni jew tkun aġġornata għal data oħra.

$1·       Kull Kunsillier Żagħżugħ għandu ċ-ċans li jagħmel l-argument jew preżentazzjoni tiegħu f’ħin stipulat ta’ għaxar minuti, jew kif jiddeċiedi l-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ fl-ewwel laqgħa tiegħu.

$1·       Il-laqgħat tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandhom isegwu din is-sekwenza:

$1-        Qari tal-minuti,

$1-        Korrezjoni tal-minuti,

$1-        Approvazzjoni tal-minuti,

$1-        Affarijiet li jirriżultaw mill-minuti,

$1-        Qari tal-korrispondenza,

$1-        Preżentazzjoni ta’ mozzjonijiet mill-Kunsilliera Żgħazagħ li qegħdin fuq l-aġenda,

$1-        Diskussjoni u votazzjoni fejn jeħtieġ.

6.5   Deċiżjonijiet fil-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ:

$1·       Fuq mozzjoni mressqa quddiem il-Kunsill Lokali Żgħażagħ bil-miktub kull deċizjoni tittieħed b’vot reġistrat fejn kull Kunsillier Żagħżugħ jiddikjara l-vot tiegħu.

$1·       F’każ li l-votazzjoni jkollha riżultat parzjali, is-Sindku żagħżugħ ikollu dritt għall-Casting Vote.

    

 6.6   Konsultazzjoni Pubblika:

$1·       Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandu l-jedd li jsejjaħ għall-konsultazzjoni pubblika qabel jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu biex iressaq il-propost.

         6.7  Kuntatt mal-Kunsill Lokali:

$1·       Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandu jzomm lill-Kunsill Lokali tal-lokal aġġornat bil-ħidma li tkun qiegħda titwettaq mill-Kunsilliera Żgħażagħ. Dan għandu jsir permezz ta’ minuti mgħoddija lill-Kunsill Lokali u anke permezz ta’ aġġornament verbali dwar il-ħidma u l-proposti tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ, mis-Sindki Żgħażagħ jew minn Kunsilliera Żgħażagħ waqt is-seduti tal-Kunsill Lokali, tal-anqas darba fix-xahar.

    

        6.8   Etika:

$1·       Il-Kunsilliera Żgħażagħ huma responsabbli għad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom u għandhom jagħtu rendikont ta’ ħidmiethom u għemilhom kull fejn u meta meħieġ.

$1·       Il-Kunsilliera Żgħażagħ għandhom jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv.

$1·       Il-ħidma tal-Kunsilliera Żgħażagħ għandha tkun ispirata minn spirtu ta’ dmir lejn il-lokalità fejn l-interess tal-komunità jirbaħ fuq l-interess partiġjan jew kull interess ieħor.

6.9  Żvilupp ta’ Proposti

$1·       Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandu jiddiskuti temi relatati mal-lokalità rispettiva.

$1·       Id-diskussjonijiet tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ għandhom iwasslu biex jiġu ssuġġeriti proposti konkreti permezz ta’ mozzjonijiet li possibilment ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Kunsill Lokali.

$1·       Il-Kunsilliera Żgħażagħ għandhom jissottomettu proposta bbażata fuq diskussjoni u riċerka.

$17.                         KUNTATTI

Koordinatur tal-Proġett:            Josette Camilleri

                                                  Aġenzija Żgħażagħ

Triq il-Kbira San Ġużepp

Santa Venera SVR 1012

www.agenzijazghazagh.gov.mt

                                                  Tel:              22586700

                                                  E-mail:         This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.



FacebookTwitterDiggDeliciousStumbleuponGoogle BookmarksRedditLinkedinMixxRSS Feed